+Artikolu 88 Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 88 4.
---+Artikolu 88 5.
---+Artikolu 88 6.
---+Artikolu 88 7.
---+Artikolu 88 8.
|
Artikolu 88 Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 88 1.
|
Il-membri tal-Bord, il-Viċi President, il-membri tal-Bord kif imsemmi fl-Artikolu 43(1)(b), il-persunal tal-Bord u l-persunal ta' skambju ma' jew issekondat minn Stati Membri parteċipanti li jwettqu dmirijiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni, anki wara li dmirijiethom ikunu spiċċaw. B'mod partikolari għandhom ikunu pprojbiti milli jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali li jkunu rċevew matul l-attivitajiet professjonali tagħhom jew minn awtorità kompetenti jew awtorità ta' riżoluzzjoni b'rabta mal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, sakemm dan ma jkunx fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew f'sommarju jew forma kollettiva b'tali mod li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew l-entità li tkun forniet l-informazzjoni. L-informazzjoni soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi żvelata lil entità pubblika jew privata oħra għajr meta tali żvelar ikun meħtieġ għall-fini ta' proċess legali. Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għal akkwirenti potenzjali kkuntattjati sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni ta' entità skont l-Artikolu 13(3).
|
|
Artikolu 88 2.
|
Il-Bord għandu jiżgura li individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonalment, relatati mal-qadi ta' dmirijietu, inklużi uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Bord jew maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jagħmlu ispezzjonijiet fuq il-post, ikunu soġġetti għar- rekwiżiti tas-segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 88 3.
|
Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord u għall-osservaturi minn Stati Membri mhux parteċipanti li jieħdu sehem f'timijiet interni ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 83(3).
|
|
Artikolu 88 4.
|
Il-Bord għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura trattament u pproċessar sikuri tal-informazzjoni kunfidenzjali.
|
|
Artikolu 88 5.
|
Qabel ma tiġi żvelata kwalunkwe informazzjoni, il-Bord għandu jiżgura li ma jkunx fiha informazzjoni kunfidenzjali, b'mod partikolari, billi jkunu valutati l-effetti li l-iżvelar jista' jkollu fuq l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq investigazzjonijiet u fuq l-awditi. Il-proċedura tal-verifika tal-effetti tal-iżvelar tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta' kwalunkwe żvelar tal-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif jingħad fl-Artikoli 8 u 9, tar-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 10 jew tal-iskema ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 88 6.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Bord, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BĊE, lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma’ xulxin u ma’ ministeri kompetenti, banek ċentrali, skemi ta’ garanzija tad-depożiti, skemi ta’ kumpens għall-investituri, awtoritajiet responsabbli għal proċedimenti normali ta’ insolvenza, awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni, awtoritajiet superviżorji tal-assigurazzjoni, awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri mhux parteċipanti, l-EBA, jew, soġġett għall-Artikolu 33, awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, jew, soġġett għal rekwiżiti stretti ta’ kunfidenzjalità, ma’ xerrej potenzjali għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 88 7.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Bord milli jiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kif definit fl-Artikolu 31a(12).
|
|
Artikolu 88 8.
|
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Bord milli jiddivulga l-analiżijiet jew il-valutazzjonijiet tiegħu, inkluż meta jkunu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 jew minn awtoritajiet oħrajn kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, meta l-Bord jivvaluta li d-divulgazzjoni ma timminax il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika u li jkun hemm interess pubbliku fid-divulgazzjoni li jipprevali fuq kwalunkwe interess ieħor imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Tali divulgazzjoni għandha titqies li saret mill-Bord fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|