|
+Artikolu 95 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 |
Artikolu 95 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010Artikolu 95 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 Ir-Regolament (KE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa ssostitwit b'dan li ġej: “(2) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser:
(i)
awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013u fid-Direttiva 2007/64/KE,u kif imsemmi fid-Direttiva 2009/110/KE;
(ii)
fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk finanzjarji;
(iii)
f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, il-korpi li jamministraw skemi ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), jew, meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tagħmel superviżjoni ta' dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva; u
(iv)
fir-rigward tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Kunsill u l-Kummissjoni meta jieħdu azzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għajr meta huma jeżerċitaw setgħat diskrezzjonali jew jagħmlu għażliet ta' politika.
(2)
Fl-Artikolu 25, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a.
L-Awtorità tista' torganizza u tagħmel rieżamijiet bejn il-pari tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-attivitajiet konġunti tal-Bord imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni fir-riżoluzzjoni ta' gruppi transkonfinali biex issaħħaħ l-effikaċja u l-konsistenza tal-eżiti. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paraguni oġġettivi.”;
(3)
Fl-Artikolu 40(6), is- subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE, il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jkun osservatur fil-Bord tas-Superviżuri.”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|