+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri marbuta mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tal-entitajiet segwenti:

(a)

impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma stabbiliti fl-Unjoni u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

kumpaniji prinċipali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Unjoni;

(c)

kumpaniji holding tal-assigurazzjoni u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin li huma stabbiliti fl-Unjoni;

(d)

kumpaniji holding prinċipali tal-assigurazzjoni fi Stat Membru u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin prinċipali fi Stat Membru;

(e)

kumpaniji holding prinċipali tal-assigurazzjoni tal-Unjoni u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin prinċipali tal-Unjoni;

(f)

fergħat ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma stabbiliti f’pajjiż terz u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 75 sa 80.

Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri relatati mal-fornituri ta' servizzi essenzjali meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni rilevanti tidħol f'riżoluzzjoni.

Meta jistabbilixxu u japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u meta japplikaw l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward ta' entità msemmija fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom iqisu n-natura tan-negozju ta' dik l-entità, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja, il-forma ġuridika, il-profil tar-riskju, id-daqs, l-istatus legali u l-interkonnettività ma' istituzzjonijiet oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, u l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entità.

Artikolu 1 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli li huma aktar stretti jew addizzjonali għal dawk stipulati f'din id-Direttiva u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' din id-Direttiva, dment li dawk ir-regoli jkunu ta' applikazzjoni ġenerali u ma jmorrux kontra din id-Direttiva jew l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.