7. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv tagħhom, b'mod partikolari l-qafas ta' indikaturi msemmi fil-paragrafu 8 u l-azzjonijiet ta' rimedju, fuq medda ta' xenarji ta' stress makroekonomiku u finanzjarju serju rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inkluż avvenimenti mifruxin mas-sistema kollha, avvenimenti ta' stress idjosinkratiku li x'aktarx jaffettwaw materjalment il-profil tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħhom, u taħlitiet ta' tali avvenimenti ta' stress.