5. Meta jfasslu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji tal-Unjoni jistgħu jqisu l-istrateġija ta' riżoluzzjoni segwita mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kkonċernati għall-gruppi li għalihom huma responsabbli dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.
Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li tali strateġija ta' riżoluzzjoni tkun kredibbli u fattibbli, hija tista' tirrifletti b'mod xieraq dik l-istrateġija ta' riżoluzzjoni u l-konsegwenzi possibbli tagħha għall-impriża sussidjarja tal-Unjoni kkonċernata fil-pjan ta' riżoluzzjoni tagħha. Dan ma għandux iqiegħed f'riskju l-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18.