+Artikolu 10 Pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6

Artikolu 10 Pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikollhom is-setgħa li jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp għal gruppi li huma soġġetti għall-ippjanar ta' riżoluzzjoni abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 10 2

2.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandu:

(a)

jkun fih l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' kull entità fejn ser ikunu neċessarji miżuri sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi;

(b)

jeżamina sa liema punt jistgħu jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni u jiġu eżerċitati s-setgħat ta' riżoluzzjoni b'mod koordinat u jidentifika kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;

(c)

fejn grupp fih entitajiet inkorporati f'pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta' dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fl-Unjoni;

(d)

jidentifika miżuri, inkluż is-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta' funzjonijiet jew ta' linji operatorji partikolari, li huma neċessarji sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni ta' grupp, filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi fil-grupp;

(e)

jidentifika s-sorsi disponibbli ta' finanzjament għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp u, fejn ikun meħtieġ l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament, jistabbilixxi l-prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn is-sorsi ta' finanzjament fi Stati Membri differenti, filwaqt li ma jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(f)

fih l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 9(6).

Artikolu 10 3

3.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u, meta l-grupp ikun konglomerat finanzjarju, jew ikun parti minnu, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u lill-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 10 4

4.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), fejn ma jkun jeżisti l-ebda pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp.

Artikolu 10 5

5.   Meta jfasslu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji tal-Unjoni jistgħu jqisu l-istrateġija ta' riżoluzzjoni segwita mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kkonċernati għall-gruppi li għalihom huma responsabbli dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.

Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li tali strateġija ta' riżoluzzjoni tkun kredibbli u fattibbli, hija tista' tirrifletti b'mod xieraq dik l-istrateġija ta' riżoluzzjoni u l-konsegwenzi possibbli tagħha għall-impriża sussidjarja tal-Unjoni kkonċernata fil-pjan ta' riżoluzzjoni tagħha. Dan ma għandux iqiegħed f'riskju l-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 18.

Artikolu 10 6

6.   L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, billi tqis id-diversità tal-mudelli ta' negozju tal-gruppi fis-suq intern.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.