6. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, billi tqis id-diversità tal-mudelli ta' negozju tal-gruppi fis-suq intern.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.