1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi omm apikali jippreżentaw lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp l-informazzjoni li tista' tkun meħtieġa skont l-Artikolu 12. Dik l-informazzjoni għandha tikkonċerna lill-impriża omm apikali u sal-punt meħtieġ lil kull entità fi grupp inkluż l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e).
Dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti f'din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-informazzjoni rilevanti pprovduta f'konformità ma' dan il-paragrafu lil:
|
(b)
|
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE.
|