+Artikolu 11 Rekwiżiti u proċedura għall-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4

Artikolu 11 Rekwiżiti u proċedura għall-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi omm apikali jippreżentaw lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp l-informazzjoni li tista' tkun meħtieġa skont l-Artikolu 12. Dik l-informazzjoni għandha tikkonċerna lill-impriża omm apikali u sal-punt meħtieġ lil kull entità fi grupp inkluż l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e).

Dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti f'din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-informazzjoni rilevanti pprovduta f'konformità ma' dan il-paragrafu lil:

(a)

l-EIOPA;

(b)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(c)

l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 11 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b), u wara li jkunu kkonsultaw lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, ifasslu u jżommu pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, u bil-kundizzjoni li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 80 ta' din id-Direttiva, jinvolvu fit-tfassil u fil-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi tal-ġuriżdizzjonijiet fejn il-grupp ikun stabbilixxa impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji holding tal-assigurazzjoni, jew fergħat sinifikattivi kif definit skont l-Artikolu 248(8) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 11 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, tal-inqas kull sentejn, u fi kwalunkwe każ:

(a)

wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva, fin-negozju, jew fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp inkluż kwalunkwe entità fi grupp, li jista' jkollha effett materjali fuq il-pjan jew teħtieġ bidla fih;

(b)

meta bidla materjali fil-pożizzjoni finanzjarja tiegħu li jista' jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan, jew inkella tkun teħtieġ reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, issir prevedibbli.

Artikolu 11 4

4.   L-adozzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandha tieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 17, tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni sussidjarji u tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.