1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li jkunu kkonsultaw lis-superviżur tal-gruppi u lill-awtoritajiet superviżorji ta' tali impriżi sussidjarji, jivvalutaw sa liema punt il-gruppi jkunu riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli u applikabbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.