+Artikolu 14 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-gruppi
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
|
Artikolu 14 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-gruppi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li jkunu kkonsultaw lis-superviżur tal-gruppi u lill-awtoritajiet superviżorji ta' tali impriżi sussidjarji, jivvalutaw sa liema punt il-gruppi jkunu riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra, fejn disponibbli u applikabbli, l-użu ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew ta' kwalunkwe arranġament ta' finanzjament.
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli meta jkun fattibbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew li jistralċaw l-entitajiet fil-grupp skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li jirriżolvu dak il-grupp billi japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta’ l-entitajiet fi grupp fejn ikunu jistgħu jiġu sseparati faċilment b'mod tempestiv, jew bi kwalunkwe mezz ieħor previst skont il-liġi nazzjonali.
Il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 70 għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' grupp meta jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tkun meħtieġa fl-interess pubbliku minħabba li l-istralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jilħaqx l-objettivi ta' riżoluzzjoni sal-istess punt, hija għandha tipproċedi għall-istadji konsekuttivi li ġejjin:
|
(a)
|
tagħżel l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ppreferuti xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni minħabba l-istruttura u l-mudell tan-negozju tal-grupp;
|
|
(b)
|
tivvaluta jekk huwiex fattibbli li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula tiġi applikata b'mod effettiv f'perjodu ta' żmien xieraq u tidentifika impedimenti potenzjali għall-implimentazzjoni tagħha;
|
|
(c)
|
tivvaluta l-kredibbiltà tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni magħżula, filwaqt li tqis l-impatt probabbli tar-riżoluzzjoni fuq is-sistemi finanzjarji jew l-ekonomiji reali tal-Istati Membri jew tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti, bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa mill-grupp.
|
|
|
Artikolu 14 4
|
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-gruppi fl-istess ħin bħat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi f'konformità mal-Artikolu 10, u għall-finijiet tat-tali tfassil u aġġornament. Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 11. Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bħala minimu, għandhom jeżaminaw id-dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà speċifikati fl-Anness.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tista' titlob lill-entitajiet fi grupp jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|