3. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika.
L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri proposti mill-impriża għandha tqis ir-raġunijiet għall-impedimenti sostantivi.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità superviżorja, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi.