+Artikolu 15 Setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8
|
Artikolu 15 Setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-valutazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 13 jew 14 tiżvela li jkun hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tinnotifika bil-miktub lil dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u lill-awtorità superviżorja kkonċernata.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Ir-rekwiżit għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jfasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni u r-rekwiżit għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti li jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 17 dwar pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp imsemmijin fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 11(4) rispettivament għandha tiġi sospiża wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sa ma jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija ta' impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew deċiżi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika.
L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri proposti mill-impriża għandha tqis ir-raġunijiet għall-impedimenti sostantivi.
L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità superviżorja, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jsibu li l-miżuri proposti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-paragrafu 3, ma jnaqqsux jew ma jneħħux b'mod effettiv l-impediment ikkonċernat, għandhom, direttament jew indirettament permezz tal-awtorità superviżorja, jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri alternattivi stabbiliti fil-paragrafu 5, u tinnotifika tali miżuri bil-miktub lil dik l-impriża, li għandha tipproponi pjan għall-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fi żmien xahar minn meta tirċievi tali notifika.
Meta jidentifikaw miżuri alternattivi, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom juru kif il-miżuri proposti mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jkunux kapaċi jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti jkunu proporzjonati fit-tneħħija ta' dawk l-impedimenti. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fuq l-istabbiltà tagħha u fuq il-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija.
|
|
Artikolu 15 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom tal-inqas is-setgħa jieħdu kwalunkwe mill-miżuri alternattivi li ġejjin:
|
(a)
|
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tirrevedi kwalunkwe ftehim ta' finanzjament intragrupp jew tirrieżamina n-nuqqas ta' ftehim bħalu, jew tfassal ftehimiet ta' servizz, kemm jekk intragrupp kif ukoll jekk ma' partijiet terzi;
|
|
(b)
|
jirrikjedu lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tillimita l-iskoperturi individwali u skoperturi aggregati massimi tagħha;
|
|
(c)
|
jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari tal-informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni;
|
|
(d)
|
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiżvesti assi speċifiċi jew tirristruttura l-obbligazzjonijiet;
|
|
(e)
|
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;
|
|
(f)
|
jirrestrinġu jew jipprevjenu l-iżvilupp ta' linji operatorji ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta' prodotti ġodda jew eżistenti;
|
|
(g)
|
jirrikjedu li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tbiddel l-istrateġija tar-riassigurazzjoni;
|
|
(h)
|
jirrikjedu bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew ta' kwalunkwe entità fi grupp, direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex titnaqqas il-kumplessità biex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u operazzjonalment minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;
|
|
(i)
|
jirrikjedu lill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew lil impriża prinċipali tistabbilixxi kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni fi Stat Membru jew kumpanija holding prinċipali tal-assigurazzjoni tal-Unjoni;
|
|
(j)
|
meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun l-impriża sussidjarja ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attivitajiet mħallta, tirrikjedi li l-kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attivitajiet mħallta tistabbilixxi kumpanija holding tal-assigurazzjoni separata sabiex tikkontrolla l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fejn neċessarju sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u sabiex jiġi evitat li l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni jkollhom effett avvers fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.
|
|
|
Artikolu 15 6
|
6. Qabel ma tidentifika kwalunkwe miżura alternattiva msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità superviżorja, għandha tqis kif xieraq l-effett potenzjali ta' tali miżura fuq is-solidità u fuq l-istabbiltà tan-negozju avvjat ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni partikolari u fuq is-suq intern.
|
|
Artikolu 15 7
|
7. Notifika jew deċiżjoni magħmula skont il-paragrafu 1 jew 4:
|
(a)
|
għandu jkun fiha r-raġunijiet għall-valutazzjoni jew għad-determinazzjoni inkwistjoni;
|
|
(b)
|
għandha tkun soġġetta għad-dritt ta' appell.
|
Barra minn hekk, deċiżjoni magħmula skont il-paragrafu 4 għandha tindika kif hija tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 15 8
|
8. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Lulju 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tispeċifika dettalji ulterjuri dwar il-miżuri previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata kull miżura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|