2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur tal-grupp u mal-EIOPA, f'konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għandha tħejji rapport u tippreżentah lill-impriża omm apikali u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, li għandhom jipprovdu dak ir-rapport lill-impriżi sussidjarji taħt il-mandat tagħhom. Ir-rapport għandu jitħejja wara li tkun saret konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp. Ir-rapport għandu jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fil-fehma tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, tkun neċessarja jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti, filwaqt li jitqies l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq il-mudell ta' negozju tal-grupp.