+Artikolu 16 Setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: trattament tal-grupp
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4

Artikolu 16 Setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: trattament tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li tkun ikkonsultat il-kulleġġ tas-superviżuri stabbilit skont l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE, għandha tqis il-valutazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 14, fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tilħaq deċiżjoni konġunta kif imsemmi fl-Artikolu 17 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri identifikati f'konformità mal-Artikolu 15(4) fir-rigward tal-entitajiet rilevanti kollha fi grupp.

Artikolu 16 2

2.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur tal-grupp u mal-EIOPA, f'konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għandha tħejji rapport u tippreżentah lill-impriża omm apikali u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, li għandhom jipprovdu dak ir-rapport lill-impriżi sussidjarji taħt il-mandat tagħhom. Ir-rapport għandu jitħejja wara li tkun saret konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp. Ir-rapport għandu jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fil-fehma tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, tkun neċessarja jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti, filwaqt li jitqies l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq il-mudell ta' negozju tal-grupp.

Artikolu 16 3

3.   Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, l-impriża omm apikali tista' tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp sabiex tindirizza jew tneħħi l-impedimenti identifikati fir-rapport.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tikkonsulta lis-superviżur tal-grupp, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi.

Artikolu 16 4

4.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża omm apikali lill-awtoritajiet li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jew li jipparteċipaw fih. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji, wara li jkunu kkonsultaw lill-awtoritajiet superviżorji, għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 17, fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni rigward l-identifikazzjoni ta' impedimenti sostantivi, u, fejn ikun neċessarju, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm apikali u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet sabiex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti. Meta jagħmlu dan, huma għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.