1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, soġġetti għall-Artikolu 31(5) u (6) u għall-Artikolu 67, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jużaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja mingħajr ma jiksbu l-kunsens tal-azzjonisti tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' kwalunkwe parti terza, minbarra l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja, u mingħajr ma jkun hemm konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew dwar it-titoli, għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 29.