+Artikolu 28 Prinċipji għall-applikazzjoni tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju, u tal-għodda ta' impriża tranżitorja
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
---+Artikolu 28 4
---+Artikolu 28 5
---+Artikolu 28 6
---+Artikolu 28 7

Artikolu 28 Prinċipji għall-applikazzjoni tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju, u tal-għodda ta' impriża tranżitorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, soġġetti għall-Artikolu 31(5) u (6) u għall-Artikolu 67, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jużaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja mingħajr ma jiksbu l-kunsens tal-azzjonisti tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' kwalunkwe parti terza, minbarra l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja, u mingħajr ma jkun hemm konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew dwar it-titoli, għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 29.

Artikolu 28 2

2.   Soġġett għall-Artikolu 26(2) u (5), kwalunkwe korrispettiv li jitħallas mill-akkwirent jew mill-impriża tranżitorja għandu jibbenefika:

(a)

lis-sidien tal-ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda, fejn tali ishma jew tali strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni jkunu ġew ittrasferiti mid-detenturi ta' dawk l-ishma jew l-istrumenti lill-akkwirent jew lill-impriża tranżitorja;

(b)

lill-impriża taħt riżoluzzjoni, fejn xi wħud mill-assi jew mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew kollha kemm huma jkunu ġew ittrasferiti lill-akkwirent jew lill-impriża tranżitorja.

Artikolu 28 3

3.   Soġġett għall-Artikolu 26(2) u (5), kull korrispettiv imħallas minn veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 30(2) fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet akkwistati direttament mill-impriża taħt riżoluzzjoni għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Il-korrispettiv jista' jitħallas fil-forma ta' dejn maħruġ mill-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.

Artikolu 28 4

4.   Trasferimenti magħmulin bl-użu tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew tal-għodda ta' impriża tranżitorja għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji msemmijin fit-Titolu III, il-Kapitolu V.

Artikolu 28 5

5.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jużaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja aktar minn darba sabiex jagħmlu trasferimenti supplimentari fejn neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 28 6

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li akkwirent jew impriża tranżitorja kif imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jkomplu jeżerċitaw id-drittijiet ta' sħubija u l-aċċess għal, fejn rilevanti, sistemi ta' pagament, ta' kklerjar u ta' saldu, għal Boroż u għal skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni, dment li dak l-akkwirent jew dik l-impriża tranżitorja jissodisfaw il-kriterji għas-sħubija u għall-parteċipazzjoni sabiex jieħdu sehem f'tali sistemi.

F'każijiet fejn ma jiġux issodisfati l-kriterji kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn rilevanti:

(a)

is-sħubija jew il-parteċipazzjoni f'sistemi ta' pagament, ta' kklerjar u ta' saldu, f'Boroż u fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni ma tiġix miċħuda abbażi li l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja ma jkollhiex klassifikazzjoni minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jew li tali klassifikazzjoni ma tkunx proporzjonata mal-livelli ta' klassifikazzjoni meħtieġa sabiex tingħata aċċess għal tali sistemi;

(b)

meta l-akkwirent jew l-impriża tranżitorja ma tissodisfax il-kriterji ta' sħubija jew ta' parteċipazzjoni għal sistema ta' pagament, ta' kklerjar jew ta' saldu, għal Borża jew għal skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni, id-drittijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jiġu eżerċitati għal perjodu speċifikat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, li ma taqbiżx l-24 xahar, u li tista' tiġġedded wara applikazzjoni mill-akkwirent jew mill-impriża tranżitorja lill-awtorità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 28 7

7.   Mingħajr preġudizzju għat-Titolu III, il-Kapitolu V, l-azzjonisti jew il-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti bl-użu tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew tal-għodda ta' impriża tranżitorja, ma għandu jkollhom l-ebda dritt jew klejm fuq jew fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti jew fuq jew fir-rigward tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew fuq jew fil-maniġment superjuri tal-impriża tranżitorja jew tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.