1. Soġġetti għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jfittxu li japplikaw l-għodda ta' bejgħ ta' negozju, jew ibigħu impriża tranżitorja, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-impriża taħt riżoluzzjoni, l-impriża tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet, l-ishma jew l-istrumenti ta' sjieda l-oħrajn ikkonċernati jiġu kkummerċjalizzati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2. Aggregazzjonijiet ta' drittijiet, ta' assi u ta' obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkummerċjalizzati separatament.