+Artikolu 29 Rekwiżiti proċedurali rigward il-bejgħ ta' negozju, ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet f'riżoluzzjoni
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3

Artikolu 29 Rekwiżiti proċedurali rigward il-bejgħ ta' negozju, ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet f'riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   Soġġetti għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jfittxu li japplikaw l-għodda ta' bejgħ ta' negozju, jew ibigħu impriża tranżitorja, jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-impriża taħt riżoluzzjoni, l-impriża tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet, l-ishma jew l-istrumenti ta' sjieda l-oħrajn ikkonċernati jiġu kkummerċjalizzati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2. Aggregazzjonijiet ta' drittijiet, ta' assi u ta' obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkummerċjalizzati separatament.

Artikolu 29 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandha tkun trasparenti kemm jista' jkun u ma għandhiex tirrappreżenta ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet, l-ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda tal-impriża jew tal-impriża tranżitorja li awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha l-ħsieb li tittrasferixxi;

(b)

ma għandhiex tiffavorixxi b'mod mhux dovut jew tiddiskrimina bejn akkwirenti potenzjali;

(c)

għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess;

(d)

ma għandha tagħti l-ebda vantaġġ żleali lil akkwirent potenzjali;

(e)

għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni rapida;

(f)

għandha tkun immirata lejn il-massimizzazzjoni, sa fejn possibbli, tal-prezz tal-bejgħ tal-ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda, tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet involuti.

Dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni milli jissolleċitaw akkwirenti potenzjali partikolari.

Kwalunkwe żvelar pubbliku tal-kummerċjalizzazzjoni ta' entità msemmija fl-Artiklu 1(1), il-punti (a) sa (e), jew tal-impriża tranżitorja li altrimenti jkun meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jista' jiġi pospost f'konformità mal-Artikolu 17(4) jew (5) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 29 3

3.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jadottaw deċiżjoni motivata li ma jikkonformawx mar-rekwiżit li jikkummerċjalizzaw bejgħ meta jiddeterminaw li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 x'aktarx li xxekkel wieħed jew aktar mill-objettivi ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.