2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja tirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-impriża tranżitorja;
|
|
(b)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tiddetermina r-responsabbiltajiet tagħhom;
|
|
(c)
|
l-impriża tranżitorja ma għandhiex tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda jew tbiddel il-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti b'mod li jista' jżid il-klejms tal-assigurazzjoni kontra l-impriża tranżitorja;
|
|
(d)
|
l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni hija soġġetta għal regoli u objettivi ġenerali tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni biex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni tad-detenturi ta' poloz.
|
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja jekk kwalunkwe assi, dritt, obbligazzjoni jew dritt ta' sjieda ttrasferit ikun segregat mill-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet l-oħra tal-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni u r-rimunerazzjoni ma titħallasx mill-assi ttrasferiti.