+Artikolu 34 Trasferiment lil skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3

Artikolu 34 Trasferiment lil skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1

1.   B'deroga mill-Artikoli 32 u 33, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li skema xierqa ta' garanzija tal-assigurazzjoni tiġi assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja. Filwaqt li jiżguraw l-interessi tad-detenturi ta' poloz, il-kontinwità tar-relazzjonijiet tal-assigurazzjoni, u s-saldu tal-klejms, u taċċerta li l-objettivi ta' din id-Direttiva jkunu għadhom jintlaħqu b'mod adegwat, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu trasferiment, lil tali skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, ta':

(a)

ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni jew

(b)

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u tal-assi ttrasferiti mill-impriża taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 34 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja tirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-impriża tranżitorja;

(b)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tiddetermina r-responsabbiltajiet tagħhom;

(c)

l-impriża tranżitorja ma għandhiex tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda jew tbiddel il-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti b'mod li jista' jżid il-klejms tal-assigurazzjoni kontra l-impriża tranżitorja;

(d)

l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni hija soġġetta għal regoli u objettivi ġenerali tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni biex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni tad-detenturi ta' poloz.

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja jekk kwalunkwe assi, dritt, obbligazzjoni jew dritt ta' sjieda ttrasferit ikun segregat mill-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet l-oħra tal-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni u r-rimunerazzjoni ma titħallasx mill-assi ttrasferiti.

Artikolu 34 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament ta' skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni assenjata bid-dmirijiet u d-drittijiet ta' impriża tranżitorja jkun adegwat biex ikompli r-relazzjonijiet tal-assigurazzjoni u jiggarantixxi s-saldu tal-klejms tal-assigurazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.