1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjoni li tirriżulta minn derivattiv mas-saldu tad-derivattivi jew warajh biss. Mad-dħul f'riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħa li jtemmu u jsaldu kwalunkwe kuntratt ta' derivattivi għal dak l-iskop. Fejn obbligazzjoni ta' derivattiv tkun ġiet eskluża mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 35(8), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu obbligati jtemmu jew jsaldu l-kuntratt tad-derivattivi.