+Artikolu 40 Valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4

Artikolu 40 Valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' obbligazzjoni li tirriżulta minn derivattiv mas-saldu tad-derivattivi jew warajh biss. Mad-dħul f'riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħa li jtemmu u jsaldu kwalunkwe kuntratt ta' derivattivi għal dak l-iskop. Fejn obbligazzjoni ta' derivattiv tkun ġiet eskluża mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 35(8), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu obbligati jtemmu jew jsaldu l-kuntratt tad-derivattivi.

Artikolu 40 2

2.   Fejn tranżazzjonijiet ta' derivattivi jkunu soġġetti għal ftehim ta' netting, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew evalwatur indipendenti għandu jiddetermina bħala parti mill-valwazzjoni skont l-Artikolu 23, l-obbligazzjoni li tirriżulta minn dawk it-tranżazzjonijiet fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim ta' netting.

Artikolu 40 3

3.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi skont dawn kollha li ġejjin:

(a)

metodoloġiji xierqa għad-determinazzjoni tal-valur ta' klassijiet ta' derivattivi, inkluż tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal ftehimiet ta' netting;

(b)

prinċipji biex jiġi stabbilit il-waqt rilevanti li fih għandu jiġi stabbiliti l-valur ta' pożizzjoni ta' derivattiv;

(c)

metodoloġiji xierqa biex titqabbel il-qerda tal-valur li tirriżulta mis-saldu u l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' derivattivi mal-ammont ta' telf li jiġġarrab minn derivattivi f'valwazzjoni negattiva jew konverżjoni.

Artikolu 40 4

4.   L-EIOPA, wara konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi. Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet derivattivi li jkunu suġġetti għal ftehim ta' netting, l-EIOPA għandha tqis il-metodoloġija għall-għeluq stabbilit fil-ftehim ta' netting.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.