4. L-EIOPA, wara konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi. Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet derivattivi li jkunu suġġetti għal ftehim ta' netting, l-EIOPA għandha tqis il-metodoloġija għall-għeluq stabbilit fil-ftehim ta' netting.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.