1. Meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), iżommu f'kull ħin ammont suffiċjenti ta' kapital azzjonarju awtorizzat jew ta' strumenti oħrajn tal-Grad 1 sabiex jiżguraw li dawk l-impriżi u l-entitajiet ma jinżammux milli joħorġu ishma ġodda jew strumenti ta' sjieda oħrajn suffiċjenti bl-għan li jiġi żgurat li l-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma jew fi strumenti ta' sjieda oħrajn tkun tista' titwettaq b'mod effettiv.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu fil-kuntest tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikoli 9 u 10.