+Artikolu 43 1

Artikolu 43 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jeżerċitaw setgħa ta' riżoluzzjoni, ikollhom is-setgħa li jagħmlu dan kollu li ġej:

(a)

soġġetti għall-Artikolu 60, jipprevedu li jseħħ it-trasferiment rilevanti, ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti;

(b)

ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta' kwalunkwe sehem jew strument ta' sjieda ieħor addizzjonali;

(c)

jesiġu li l-awtorità kkonċernata twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew l-elenkar uffiċjali ta' strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(d)

jipprevedu li r-riċevitur jiġi ttrattat daqslikieku dak ir-riċevitur kien l-impriża taħt riżoluzzjoni għall-finijiet ta' kwalunkwe dritt jew obbligu ta', jew azzjonijiet meħudin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, inkluż, soġġett għall-applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju u tal-għodda ta' impriża tranżitorja msemmija fl-Artikoli 31 u 32, kwalunkwe dritt jew obbligu relatat mal-parteċipazzjoni f'infrastruttura tas-suq;

(e)

jeħtieġu lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdu informazzjoni u assistenza lil xulxin;

(f)

jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta' kuntratt li għalih l-impriża taħt riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu riċevitur bħala parti;

(g)

jittrasferixxu kwalunkwe dritt ta' riassigurazzjoni li jkopri l-klejms lill-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-impriża tar-riassigurazzjoni fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet marbuta ma' dawk id-drittijiet ta' riassigurazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni sħiħa jew parzjalment lil entità oħra.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), kwalunkwe dritt għal kumpens ipprovdut f'konformità ma' din id-Direttiva ma għandux jitqies bħala obbligazzjoni jew tfixkil.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.