+Artikolu 45 Setgħat li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi u ta' faċilitajiet operazzjonali
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
---+Artikolu 45 4

Artikolu 45 Setgħat li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi u ta' faċilitajiet operazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jesiġu li impriża taħt riżoluzzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tal-grupp tagħha, tipprovdi kwalunkwe servizz jew faċilità operazzjonali li hija meħtieġa sabiex riċevitur ikun jista' jopera n-negozju ttrasferit lilu b'mod effettiv, inkluż meta l-impriża taħt riżoluzzjoni jew l-entità fi grupp rilevanti tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza.

Artikolu 45 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jiżguraw li l-oġġetti u s-servizzi pprovduti, direttament jew indirettament, minn fornitur ta' servizzi essenzjali lil impriża taħt riżoluzzjoni jkunu jistgħu jkomplu jiġu pprovduti minnha wara li tkun ittieħdet azzjoni ta' riżoluzzjoni fejn:

(a)

l-assi tal-fornitur ta' servizzi essenzjali huma inqas mill-obbligazzjonijiet tiegħu jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġaw id-determinazzjoni li l-assi tal-fornitur ta' servizzi essenzjali ser ikunu hekk fil-futur qarib; jew

(b)

il-fornitur ta' servizzi essenzjali ma jkunx jista' jħallas id-djun tiegħu jew obbligazzjonijiet oħrajn kif ikunu dovuti, jew ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġaw determinazzjoni li l-fornitur ta' servizzi essenzjali, fil-futur qrib, ser ikun f'tali sitwazzjoni.

Artikolu 45 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tagħhom ikollhom is-setgħat li jinfurzaw l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, fuq entitajiet fi grupp stabbiliti fit-territorju tagħhom minn awtoritajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Artikolu 45 4

4.   Is-servizzi u l-faċilitajiet operazzjonali pprovduti f'konformità mal-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu skont it-termini li ġejjin:

(a)

meta s-servizzi u l-faċilitajiet operazzjonali jkunu ġew ipprovduti lill-impriża taħt riżoluzzjoni skont ftehim qabel ma ttieħdet azzjoni ta' riżoluzzjoni u għad-durata ta' dak il-ftehim, bl-istess termini;

(b)

meta ma jkun jeżisti l-ebda ftehim jew fejn il-ftehim ikun skada, b'termini raġonevoli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.