+Artikolu 50 Setgħa li tiġi ristretta l-infurzar tal-interessi ta' garanzija
---+Artikolu 50 1
---+Artikolu 50 2
---+Artikolu 50 3

Artikolu 50 Setgħa li tiġi ristretta l-infurzar tal-interessi ta' garanzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jirrestrinġu lill-kredituri garantiti ta' impriża taħt riżoluzzjoni milli jeżegwixxu l-interessi ta' garanzija fir-rigward ta' kwalunkwe assi ta' dik l-impriża mill-pubblikazzjoni ta' avviż tar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 65(3) sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni fi tmiem il-jum ta' negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

Artikolu 50 2

2.   Kwalunkwe restrizzjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

interess ta' garanzija ta' sistemi jew ta' operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE;

(b)

CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 50 3

3.   Meta jkun japplika l-Artikolu 62, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni imposta skont is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun konsistenti għall-entitajiet kollha fi grupp li fir-rigward tagħhom tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.