1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu fi kwalunkwe kuntratt finanzjarju li jidħlu fih u li huwa rregolat bil-liġi ta' pajjiż terz, it-termini li bihom il-partijiet jirrikonoxxu li l-kuntratt finanzjarju jista' jkun soġġett għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni sabiex tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli 49, 50, u 51, u jirrikonoxxu li huma marbutin bir-rekwiżiti tal-Artikolu 48.