+Artikolu 52 Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4
---+Artikolu 52 5

Artikolu 52 Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu fi kwalunkwe kuntratt finanzjarju li jidħlu fih u li huwa rregolat bil-liġi ta' pajjiż terz, it-termini li bihom il-partijiet jirrikonoxxu li l-kuntratt finanzjarju jista' jkun soġġett għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni sabiex tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli 49, 50, u 51, u jirrikonoxxu li huma marbutin bir-rekwiżiti tal-Artikolu 48.

Artikolu 52 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-impriżi omm apikali jiżguraw li l-impriżi sussidjarji tagħhom ta' pajjiżi terzi li jkunu entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), jinkludu, fil-kuntratti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, it-termini sabiex jiġi eskluż li l-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi omm apikali, f'konformità mal-paragrafu 1, jikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni bikrija, is-sospensjoni, il-modifika, in-netting, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' tpaċija jew l-infurzar ta' interessi ta' garanzija fuq dawk il-kuntratti.

Artikolu 52 3

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju li:

(a)

joħloq obbligu ġdid, jew li jemenda materjalment obbligu eżistenti wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet adottati fil-livell nazzjonali għat-traspożizzjoni ta' dan l-Artikolu;

(b)

jipprevedi l-eżerċizzju ta' dritt tat-terminazzjoni wieħed jew aktar jew drittijiet ta' infurzar tal-interessi ta' garanzija, li għalihom japplikaw l-Artikoli 48, 49, 50 jew 51 li kieku l-kuntratt finanzjarju kien rregolat bil-liġijiet ta' Stat Membru.

Artikolu 52 4

4.   Il-fatt li entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ma tinkludix fil-kuntratti finanzjarji tagħha t-termini kuntrattwali msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tapplika s-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 48, 49, 50 u 51 fir-rigward ta' dawk il-kuntratti finanzjarji.

Artikolu 52 5

5.   L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tat-termini kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-mudelli kummerċjali differenti tal-entitajiet imsemmija fih.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.