1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni, sabiex:
|
(a)
|
joperaw u jmexxu l-attivitajiet u s-servizzi tal-impriża taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-azzjonisti tagħha, u l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju;
|
|
(b)
|
jimmaniġġaw u jiddisponu mill-assi u mill-proprjetà tal-impriża taħt riżoluzzjoni.
|
Il-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta' riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew minn persuni maħturin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-vot ikkonferiti mill-ishma jew minn strumenti ta' sjieda oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati waqt il-perjodu ta' riżoluzzjoni.