+Artikolu 54 Eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 54 1
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 3
---+Artikolu 54 4
|
Artikolu 54 Eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni, sabiex:
|
(a)
|
joperaw u jmexxu l-attivitajiet u s-servizzi tal-impriża taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-azzjonisti tagħha, u l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju;
|
|
(b)
|
jimmaniġġaw u jiddisponu mill-assi u mill-proprjetà tal-impriża taħt riżoluzzjoni.
|
Il-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità ta' riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew minn persuni maħturin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-vot ikkonferiti mill-ishma jew minn strumenti ta' sjieda oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati waqt il-perjodu ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 54 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, soġġetti għad-dritt ta' appell imsemmi fl-Artikolu 67, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz ta' ordni eżekuttiva f'konformità mal-kompetenzi u mal-proċeduri amministrattivi nazzjonali, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq l-impriża taħt riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 54 3
|
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu f'kull każ partikolari jekk huwiex xieraq li jwettqu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz tal-mezzi speċifikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, wara li jikkunsidraw l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-impriża taħt riżoluzzjoni inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni effettiva ta' gruppi transfruntiera.
|
|
Artikolu 54 4
|
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jitqiesu ta' viċi diretturi jew diretturi de facto skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|