1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun ġiet applikata għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar, ħlief f'sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jittrasferixxu biss partijiet mid-drittijiet, mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra li l-klejms tagħhom ma jkunux ġew ittrasferiti, jirċievu b'riżarċiment għall-klejms tagħhom tal-anqas dak li kienu jirċievu li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64.