+Artikolu 55 Trattament tal-azzjonisti, tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji, tal-pretendenti u ta' kredituri oħra f'każ ta' trasferimenti parzjali u tal-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
---+Artikolu 55 1
---+Artikolu 55 2
|
Artikolu 55 Trattament tal-azzjonisti, tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji, tal-pretendenti u ta' kredituri oħra f'każ ta' trasferimenti parzjali u tal-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun ġiet applikata għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar, ħlief f'sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jittrasferixxu biss partijiet mid-drittijiet, mill-assi u mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra li l-klejms tagħhom ma jkunux ġew ittrasferiti, jirċievu b'riżarċiment għall-klejms tagħhom tal-anqas dak li kienu jirċievu li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64.
|
|
Artikolu 55 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun ġiet applikata għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar u meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra li l-klejms tagħhom ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti f'ekwità ma jġarrbux telf akbar milli kieku kienu jġarrbu li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|