+Artikolu 67 Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet
---+Artikolu 67 1
---+Artikolu 67 2
---+Artikolu 67 3
---+Artikolu 67 4
|
Artikolu 67 Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1
|
1. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li deċiżjoni li tittieħed miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet tkun soġġetta għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante, dment li fir-rigward tad-deċiżjoni li tittieħed miżura ta' maniġġar ta' kriżijiet, f'konformità mal-liġi nazzjonali, il-proċedura relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni u għal kunsiderazzjoni mill-qorti tkun rapida.
|
|
Artikolu 67 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw fil-liġi nazzjonali dritt ta' appell kontra deċiżjoni sabiex tittieħed miżura ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew deċiżjoni sabiex tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet, skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 67 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet ikollhom id-dritt li jappellaw dik id-deċiżjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rieżami ta' miżura għall-ġestjoni ta' kriżijiet isir rapidament u li l-qrati nazzjonali jużaw il-valutazzjonijiet ekonomiċi tal-fatti mwettqin mill-awtorità ta' riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħhom stess.
|
|
Artikolu 67 4
|
4. Id-dritt ta' appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
il-preżentazzjoni ta' appell ma għandhiex tinvolvi kwalunkwe sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;
|
|
(b)
|
id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tiġi eżegwita minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku.
|
Fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi li jaġixxu in bona fide li akkwistaw ishma, strumenti oħra ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni permezz tal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni minn awtorità ta' riżoluzzjoni, l-annullament ta' deċiżjoni ta' awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe att amministrattiv sussegwenti jew tranżazzjoni amministrattiva sussegwenti konkluża mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata. F'dak il-każ, ir-rimedji għal deċiżjoni jew għal azzjoni inġusta mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab mill-applikant bħala riżultat tad-deċiżjoni jew tal-att annullat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|