3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, fejn impriża prinċipali jew impriża stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjoni sussidjarja jew impriża tar-riassigurazzjoni jew fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti li kieku kienet tinstab fl-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 80.