+Artikolu 70 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 70 1
---+Artikolu 70 2
---+Artikolu 70 3
---+Artikolu 70 4
---+Artikolu 70 5
---+Artikolu 70 6
---+Artikolu 70 7

Artikolu 70 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta' riżoluzzjoni sabiex iwettqu l-kompiti msemmijin fl-Artikoli 10, 11, 14, 16, 73 u 74, u, fejn xieraq, sabiex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.

B'mod partikolari, il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet superviżorji u għas-superviżuri tal-grupp ikkonċernati, sabiex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jiskambjaw informazzjoni li tkun rilevanti għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp u għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-gruppi;

(b)

jiżviluppaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp;

(c)

jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 14;

(d)

jeżerċitaw is-setgħat sabiex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 16;

(e)

jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi stabbilita skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp kif imsemmija fl-Artikolu 73 jew 74;

(f)

jilħqu l-ftehim dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp propost f'konformità mal-Artikolu 73 jew 74;

(g)

jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u tal-iskemi ta' riżoluzzjoni ta' grupp;

(h)

jikkoordinaw l-użu ta' kwalunkwe skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew arranġament ta' finanzjament.

Barra minn hekk, il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni jistgħu jintużaw bħala forum sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet marbutin mar-riżoluzzjoni ta' gruppi transfruntiera.

Artikolu 70 2

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni:

(a)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(b)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru li fih tkun stabbilita impriża sussidjarja koperta b'superviżjoni tal-grupp;

(c)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn tkun stabbilita impriża prinċipali ta' impriża waħda jew aktar tal-grupp li tkun entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b), (d) jew (e);

(d)

is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membru fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun membru fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(e)

il-ministeri kompetenti, fejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni ma jkunux il-ministeri kompetenti;

(f)

fejn rilevanti, l-awtorità li hija responsabbli għall-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni ta' Stat Membru, fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dak l-Istat Membru tkun membru tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(g)

l-EIOPA, soġġetta għat-tieni subparagrafu;

(h)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-grupp iwettqu attivitajiet transfruntiera sinifikanti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (g), l-EIOPA għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u għall-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni u għall-konverġenza fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni. L-EIOPA għandha tkun mistiedna tattendi għal-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għal dak l-għan. L-EIOPA ma għandu jkollha l-ebda dritt tal-vot.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (h), il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandha tkun limitata għall-ilħuq tal-objettivi ta' skambju effiċjenti ta' informazzjoni.

Artikolu 70 3

3.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, fejn impriża prinċipali jew impriża stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjoni sussidjarja jew impriża tar-riassigurazzjoni jew fergħa li tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti li kieku kienet tinstab fl-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 80.

Artikolu 70 4

4.   Meta l-grupp ikun konglomerat finanzjarju jew parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE kkonċernati għandhom jiġu mistiedna fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi.

Artikolu 70 5

5.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. F'dik il-kapaċità, hija għandha:

(a)

tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(b)

tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(c)

tlaqqa' u tippresiedi l-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, dwar it-temi prinċipali li għandhom jiġu diskussi u dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati;

(d)

tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni dwar kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw;

(e)

tiddeċiedi liema membri u osservaturi għandhom jiġu mistednin jattendu għal laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, abbażi tal-bżonnijiet speċifiċi, b'kont meħud tar-rilevanza tat-tema li tkun ser tiġi diskussa għal dawk il-membri u l-osservaturi;

(f)

iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta' dawk il-laqgħat.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kull meta fuq l-aġenda jkun hemm temi soġġetti għal teħid ta' deċiżjonijiet konġunti jew relatati ma' entità fi grupp li tinsab fl-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 70 6

6.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħrajn iwettqu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati fil-paragrafu 1 u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 72. F'tali każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħrajn.

Artikolu 70 7

7.   L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti msemmijin fil-paragrafi 1.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.