6. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħrajn iwettqu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati fil-paragrafu 1 u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 72. F'tali każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħrajn.