3. Meta impriża prinċipali waħda biss stabbilita fi Stat Membru jkollha l-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun ippresedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita dik l-impriża prinċipali.
Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikax, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn impriża sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali hija stabbilita għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.