+Artikolu 71 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej
---+Artikolu 71 1
---+Artikolu 71 2
---+Artikolu 71 3

Artikolu 71 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1

1.   Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz ikollha impriżi sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew ikollha żewġ fergħat jew aktar fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn dawk l-impriżi sussidjarji fl-Unjoni jkunu stabbiliti jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz jistgħu jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.

Artikolu 71 2

2.   Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 70 fir-rigward tal-impriżi sussidjarji tal-Unjoni u, sa fejn dawk il-kompiti jkunu rilevanti, fir-rigward tal-fergħat tal-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandu b'xi mod ieħor jiffunzjona f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 70.

Artikolu 71 3

3.   Meta impriża prinċipali waħda biss stabbilita fi Stat Membru jkollha l-impriżi sussidjarji kollha tal-Unjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun ippresedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita dik l-impriża prinċipali.

Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikax, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn impriża sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali hija stabbilita għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.