3. Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tkun ikkonsultat lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kkonċernat, għandha tivvaluta l-impatt probabbli tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew ta' miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), fuq il-grupp u fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn, u jekk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn jagħmluhiex probabbli li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.