+Artikolu 73 Riżoluzzjoni ta' grupp li tinvolvi impriża sussidjarja tal-grupp
---+Artikolu 73 1
---+Artikolu 73 2
---+Artikolu 73 3
---+Artikolu 73 4
---+Artikolu 73 5
---+Artikolu 73 6
---+Artikolu 73 7
---+Artikolu 73 8
---+Artikolu 73 9
---+Artikolu 73 10
---+Artikolu 73 11
---+Artikolu 73 12
---+Artikolu 73 13
---+Artikolu 73 14

Artikolu 73 Riżoluzzjoni ta' grupp li tinvolvi impriża sussidjarja tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1

1.   Awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk differenti, lis-superviżur tal-grupp, u lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kkonċernat fejn:

(a)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li tkun impriża sussidjarja ta' grupp, tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli; jew

(b)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ġiet infurmata mill-awtorità superviżorja li tkun ittieħdet deċiżjoni li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li tkun impriża sussidjarja ta' grupp, tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli; jew

(c)

awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li hija impriża sussidjarja ta' grupp, tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3).

Artikolu 73 2

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun din li ġejja:

(a)

id-deċiżjoni li tiddetermina li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni qed tfalli jew x'aktarx tfalli;

(b)

id-deċiżjoni li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew l-Artikolu 20(3);

(c)

l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri ta' insolvenza li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li jkunu xierqa għal dik l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e).

Artikolu 73 3

3.   Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tkun ikkonsultat lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kkonċernat, għandha tivvaluta l-impatt probabbli tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew ta' miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), fuq il-grupp u fuq l-entitajiet fi grupp fi Stati Membri oħrajn, u jekk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn jagħmluhiex probabbli li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 73 4

4.   Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tivvaluta li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), ma jagħmluhiex probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tista' tieħu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn li hija nnotifikat.

Artikolu 73 5

5.   Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tivvaluta li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), jagħmluha probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha, wara li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tipproponi skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fi żmien ħamest ijiem u tippreżenta dik l-iskema lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. Dak il-perjodu ta' ħamest ijiem jista' jiġi estiż bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifika.

Artikolu 73 6

6.   Fin-nuqqas ta' valutazzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp fi żmien ħamest ijiem, jew perjodu itwal ta' żmien li jkun intlaħaq ftehim dwaru, wara li tkun rċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun għamlet in-notifika tista' twettaq l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn li tkun innotifikat.

Artikolu 73 7

7.   L-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp imsemmija fil-paragrafu 5 għandha:

(a)

tiddeskrivi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati jenħtieġ li jieħdu fir-rigward tal-impriża omm apikali jew entitajiet partikolari fi grupp sabiex jilħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22;

(b)

tispeċifika kif jenħtieġ li jiġu kkoordinati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-punt (a);

(c)

tistabbilixxi pjan ta' finanzjament li jqis il-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp u l-prinċipji għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà stabbiliti f'dak il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (e).

Artikolu 73 8

8.   Soġġett għall-paragrafu 9, l-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandha tieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-impriżi sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp.

L-EIOPA tista', fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 73 9

9.   Awtorità ta' riżoluzzjoni li ma taqbilx mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew li tqis li, għal raġunijiet ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tad-detenturi ta' poloz, tal-ekonomija reali u tal-istabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri indipendenti minbarra dawk proposti fl-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għandha:

(a)

tagħti fid-dettall ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil jew ir-raġunijiet għat-tbegħid mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp;

(b)

tinnotifika lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp bir-raġunijiet imsemmijin fil-punt (a);

(c)

tinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma kkonċernati mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni li ser tieħu.

Meta tagħti r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet jew tal-miżuri ta' riżoluzzjoni li ser tieħu fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati, u l-effett potenzjali ta' dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni fuq partijiet oħrajn tal-grupp.

Artikolu 73 10

10.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jaqblu mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp li tkopri l-entitajiet fi grupp fl-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni mingħajr il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux.

Artikolu 73 11

11.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafi 8 u 10 u l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni meħudin f'konformità mal-paragrafu 9 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 73 12

12.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjonijiet u l-miżuri kollha ta' riżoluzzjoni msemmijin f'dan l-Artikolu mingħajr dewmien, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.

Artikolu 73 13

13.   Meta ma tiġix implimentata skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni relatati ma' kwalunkwe entità fi grupp, għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jwettqu strateġija ta' riżoluzzjoni koordinata għall-entitajiet kollha fi grupp li jkunu qed ifallu jew li aktarx ser ifallu.

Artikolu 73 14

14.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jieħdu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'mod regolari u komplet dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress li jkunu qed jagħmlu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.