4. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tivvaluta li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn notifikati skont il-paragrafu 2, il-punt (c), ma jagħmluhiex probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati fir-rigward ta' entità fi grupp fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tista' tieħu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn li hija nnotifikat.