1. F'konformità mal-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill għan-negozjati ma' pajjiż terz, wieħed jew aktar, ta' ftehimiet rigward il-mezzi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ikkonċernati tal-pajjiżi terzi, inkluż il-kondiviżjoni tal-informazzjoni b'rabta mal-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-pajjiżi terzi, u tal-gruppi.