+Artikolu 79 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi
---+Artikolu 79 1
---+Artikolu 79 2
---+Artikolu 79 3
---+Artikolu 79 4
|
Artikolu 79 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1
|
1. Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 75(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' tali ftehim internazzjonali sal-punt li s-suġġett ta' dan l-Artikolu ma jkunx irregolat b'dak il-ftehim.
|
|
Artikolu 79 2
|
2. L-EIOPA tista' tikkonkludi qafas ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti. Il-ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni neċessarja u għall-kooperazzjoni għat-twettiq ta' xi wħud mill-kompiti jew tal-kompiti kollha li ġejjin u għall-eżerċizzju ta' xi wħud mis-setgħat jew tas-setgħat kollha li ġejjin fir-rigward tal-impriżi jew tal-gruppi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni:
|
(a)
|
l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikoli 9 sa 12 u ma' rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(b)
|
il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' tali impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, f'konformità mal-Artikoli 13 u 14 u ma' rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(c)
|
l-applikazzjoni tas-setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 15 u 16 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(d)
|
l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi skont l-Artikolu 141 tad-Direttiva 2009/138/KE u ta' setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;
|
|
(e)
|
l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta' setgħat ta' riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz rilevanti.
|
|
|
Artikolu 79 3
|
3. L-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni, fejn xieraq, jistgħu jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti f'konformità mal-arranġament qafas tal-EIOPA msemmi fil-paragrafu 2
|
|
Artikolu 79 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-EIOPA dwar kwalunkwe arranġamenti ta' kooperazzjoni li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji jkunu kkonkludew f'konformità ma' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|