2. Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiżvelaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma' dak l-iżvelar;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni tiġi żvelata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini.
|