+Artikolu 80 Skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali
---+Artikolu 80 1
---+Artikolu 80 2

Artikolu 80 Skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inkluż pjanijiet ta' rkupru preventiv, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

dawk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti u għal standards tas-segretezza professjonali tal-anqas meqjusin bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 66.

(b)

l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti tal-funzjonijiet ta' riżoluzzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali li jkunu komparabbli ma' dawk skont din id-Direttiva u, soġġett għall-punt (a), ma tintuża għall-ebda fini ieħor.

Għall-finijiet tal-punt (a), fir-rigward ta' kif l-iskambju tal-informazzjoni jirrelata mad-data personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta' dan it-tip ta' data personali lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jkunu regolati bil-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 80 2

2.   Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiżvelaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma' dak l-iżvelar;

(b)

l-informazzjoni tiġi żvelata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.