+Artikolu 90 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
---+Artikolu 90 (1)
---+Artikolu 90 (2)
---+Artikolu 90 (3)
---+Artikolu 90 (4)
---+Artikolu 90 (5)
---+Artikolu 90 (6)
---+Artikolu 90 (7)
|
Artikolu 90 Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 90 (1)
|
fl-Artikolu 2(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
“(110)
|
‘awtorità ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni’ tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10);
|
|
(111)
|
‘awtorità superviżorja tal-assigurazzjoni’ tfisser awtorità superviżorja kif iddefinit fl-Artikolu 13, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11);
|
|
(112)
|
‘konglomerat finanzjarju’ tfisser konglomerat finanzjarju kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12);
|
(*10) Id-Direttiva (UE) 2025/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 u r-Regolamenti (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2017/1129 (ĠU L, 2025/1, 8.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/1/oj)."
(*11) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)."
(*12) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).”;"
|
|
Artikolu 90 (2)
|
fl-Artikolu 7(3), jiżdied il-punt li ġej:
|
“(e)
|
meta l-grupp kollu kemm hu jkun, jew kwalunkwe istituzzjoni fil-grupp tkun parti minn, konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni u l-awtorità superviżorja tal-assigurazzjoni kkonċernata.”
|
;
|
|
Artikolu 90 (3)
|
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3. Meta l-istituzzjoni jew l-entità jew il-grupp ikun konglomerat finanzjarju jew parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti wkoll il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni jew il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp lill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni u lill-awtorità superviżorja tal-assigurazzjoni kkonċernati.”
|
|
Artikolu 90 (4)
|
fl-Artikolu 81(3), jiżdied il-punt li ġej:
|
“(l)
|
meta l-istituzzjoni jew l-entità tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet superviżorji tal-assigurazzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni kkonċernati.”
|
;
|
|
Artikolu 90 (5)
|
fl-Artikolu 83(2), jiżdied il-punt li ġej:
|
“(l)
|
meta l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet superviżorji tal-assigurazzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni kkonċernati.”
|
;
|
|
Artikolu 90 (6)
|
fl-Artikolu 84(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
“(n)
|
l-awtoritajiet superviżorji tal-assigurazzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni infurmati jew innotifikati abbażi ta' dan il-kapitolu.”
|
;
|
|
Artikolu 90 (7)
|
fl-Artikolu 88, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“3a. Meta l-istituzzjoni jew l-entità jew il-grupp ikun konglomerat finanzjarju jew parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni kkonċernati għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, dment li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, għal dawk stabbiliti mill-Artikolu 90.”.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|