1. Sad-29 ta’ Jannar 2027, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 91, 96 u 97 ta' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ Jannar 2027.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.