|
+Artikolu 4 |
Artikolu 4Artikolu 4 Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“prodott aggregat ta’ investiment għall-konsumaturi” jew “PRIP” tfisser investiment, inklużi strumenti maħruġin minn strumenti ta’ għan speċjali kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE jew entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali kif definiti fil-punt (an) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), fejn, minkejja l-forma legali tal-investiment, l-ammont li jitħallas lura lill-investitur fil-livell tal-konsumatur huwa soġġett għal varjazzjonijiet minħabba l-esponiment għall-valuri ta’ referenza jew għall-prestazzjoni ta’ assi wieħed jew aktar li ma jkunux direttament mixtrija mill-investitur fil-livell tal-konsumatur;
(2)
“prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni” tfisser prodott ta’ assigurazzjoni li joffri valur fil-maturità jew valur ta’ ċessjoni u meta dak il-valur fil-maturità jew dak il-valur ta’ ċessjoni ikunu kompletament jew parzjalment esposti, direttament jew indirettament, għall-varjazzjonijiet tas-suq;
(3)
“prodott aggregat ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni” jew “PRIIP” tfisser prodott li huwa wieħed minn, jew it-tnejn li ġejjin:
(a)
PRIP;
(b)
prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;
(4)
“manifattur ta’ prodott aggregat ta’ investiment għall-konsumaturi bbażat fuq l-assigurazzjoni” jew “manifattur tal-PRIIP” tfisser:
(a)
kwalunkwe entità li timmanifattura PRIIPs;
(b)
kwalunkwe entità li tibdel PRIIP eżistenti inkluż, iżda mhux limitat għal, tibdil fil-profil tar-riskju jew tal-benefiċċji tiegħu jew l-ispejjeż assoċjati ma’ investiment fiPRIIP;
(5)
“persuna li tbiegħ PRIIP” tfisser persuna li toffri jew tikkonkludi kuntratt tal-PRIIP ma’ investitur fil-livell tal-konsumatur;
(6)
“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser:
(a)
klijent fil-livell ta’ konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(b)
konsumatur fit-tifsira tad-Direttiva 2002/92/KE, fejn dak il-konsuatur ma jikkwalifikax bħala klijent professjonali kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(7)
“mezz dejjiemi” tfisser mezz dejjiemi kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(8)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali maħtura minn Stat Membru biex jissorveljaw ir-rekwiżiti li dan ir-Regolament jimponi fuq il-manifatturi tal-PRIIP u l-persuni li jagħtu pariri dwar il-PRIIP, jew li jbigħuh. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|